Biex Iressaqna Lejh

    To Bring us to Him

    Iddawnlowdja PDF

    Pjan | Kard

    Visione

    ‘Nitlobkom sabiex tersqu lejn Kristu ... u tgawdu mis-salvazzjoni tiegħu, u l-qawwa tal-fidw tiegħu.”

    OMNI 1:26
    Prijoritajiet

    Prijoritajiet

    • Nimxi Wara l-Profeta
    • Nistieden Ħabib għal Laqgħa tas-Sagrament
    • Nieħu Antenat fit-Tempju

    Għanijiet

    • Nagħtu ħarsa lejn id-diskors mill-konferenza ġenerali.

    • Nikkommettu ruħna biex nagħmlu dak li jgħallem il-Profeta u kull nhar ta’ Ħadd nevalwaw l-isforzi tagħna.

    • Bl-għajnuna tat-talb infittxu opportunitajiet biex fihom nimministraw.

    • Nistiednu l-ħbieb fi djarna, għal-laqgħat tas-sagrament u għal laqgħat oħra biex jitgħallmu dwar Kristu.

    • Naqsmu messaġġi tal-Knisja ma’ sħabna permezz tal-internet.

    • Fil-kunsill tal-qasam niffukaw dwar kif nistgħu ngħinu lill-membri u l-ħbieb javvanzaw.

    • Insaħħu l-fidi tagħna f’ Ġesù Kristu billi bil-ħsieb nosservaw jum is-Sabbath u mmexxu ħajjitna b’ tali mod li nkunu denji li jkollna rakkomandazzjoni tat-tempju.

    • Nużaw FamilySearch biex nidentifikaw dawk l-antenati li jeħtieġu l-ordinanzi tat-tempju.

    • Nieħdu l-ismijiet tal-familja ġewwa d-Dar tal-Mulej u ngħinu oħrajn jagħmlu l-istess.

    Family

    Indikaturi ta’ Progress

    Il-mexxejja tal-qasam u l-wited ikunu jistgħu jkejlu l-progress billi jimmoniterjaw dawn l-indikaturi ewlenin mir-Rapport ta’ Kull Tliet Xhur:

    • Intervisti tal-Ministeru
    • Adulti adottati b’ rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju
    • Attendenza waqt il-laqgħa tas-sagrament
    • Membri li ssottomettew l-ismijiet tal-antenati tagħhom għall-ordinanzi tat-tempju

    Implimentazzjoni

    L-azzjonijiet speċifiċi li l-membri għandhom jieħdu biex jgħinu individwi u familji jipparteċipaw fil-ħidma tas-salvazzjoni huma parti importanti mill-pjan reġjonali.

    Mexxejja: Il-membri tal-kunsilli ta’ koordinazzjoni, wited u qasam għandhom, bl-għajnuna tat-talb, jiżviluppaw ċerti passi speċifiċi li għandhom jieħdu biex iwettqu l-viżjonijiet, il-prioritajiet u l-għanijiet tar-reġjun. Il-mexxejja huma mħeġġin biex, bl-għajnuna tat-talb, jikkunsidraw ċerti ismijiet speċifiċi ta’ individwi li fuqhom għandhom jiffokaw l-attenzjoni tagħhom.

    Individwi u Familji: L-individwi u l-familji huma mħeġġa biex iniżżlu ċerti għanijiet speċifiċi realistiċi fuq kard żgħira ħafna u dan jgħinhom jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq it-tliet prioritajiet tal-pjan reġjonali fil-ħajja personali tagħhom.

    Li Tkun Responsabbli u Tkompli Ssegwi:  Is-Sebgħinijiet Reġjonali jħeġġu lill-presidenti tal-wited biex jiżviluppaw modi sinifikanti kif huma jimplimentaw il-pjan reġjonali u kontinwament ikomplu jsegwu l-progress li jkunu qed jagħmlu. Il-presidenti tal-wited, min-naħa l-oħra, iħeġġu lill-isqfijiet biex jaħdmu mal-mexxejja tas-saċerdozju u awżiljari biex flimkien jiżviluppaw modi kif jistgħu jimplimentaw il-pjan reġjonali u huma wkoll ikomplu jsegwu l-progress u jkomplu jħeġġuhom.